Momentum tappoġġa r-”Residenti taż-Żurrieq” kontra l-mega-żvilupp fin-Nigret
Illum membri ta’ Momentum ingħaqdu ma’ residenti ta’ Żurrieq u lokalitajiet oħra fi protesta kontra l-pjan li art pubblika, li llum tintuża għall-agrikoltura u tgawdiha n-natura, tingħata lill-iżviluppaturi.
Hemm pjan għal żvilupp enormi fiż-Żurrieq li se teqred 11,500 metru kwadru (iktar minn 10 tomniet) ta’ raba, u forsi wkoll fdalijiet arkeoloġiċi. Dan iwassal għal ħafn’iktar traffiku għan-nies taż-Żurrieq, u żieda mhux sostennibli fil-popolazjoni.
Ir-reazjoni publika, f’nofs kampanja elettorali, għall-anqas wasslet lil-Prim Ministru biex joħroġ stqarrija li l-art tal-gvern m’hix ser tiġi żviluppata. Għal min joqgħod iż-Żurrieq, huwa mportanti li din il-wegħda ma tintesiex wara li tgħaddi l-elezjoni.
L-iżviluppaturi qassmu l-pjan f’ħames applikazjonijiet, biex jippruvaw jiżgiċċaw mil-proċeduri u regolamenti li suppost jgħoddu għal proġetti kbar. Il-kelliema qalu li waħda mill-applikazjonijet, bil-firma tal-perit George Pullicino, qed titlob għal “proċedura sommarja” fejn ma jkunx hemm studji arkeoloġiċi, u r-residenti jkollhom ħafn’inqas żmien biex joġġezzjonaw.
L-art kienet iddaħħlet fiż-żona ta’ l-iżvilupp fl-2006 taħt il-Ministru Nazzjonalista tal-Ambjent George Pullicino. Issa fl-2026 l-istess Pullicino, bħala perit, qed jara kif juża l-irqaqat fil-proċeduri biex jiżgiċċa mir-regolamenti, bl-għajnuna tal-Ministru Laburista Owen Bonnici.
Momentum tissieħeb mar-Resident taż-Żurrieq, Residenti Skalin (MRN), Wirt iż-Żejtun, Għaqda Storja u Kultura Birżebbuġa, Residenti tal-Mellieħa, Residenti ta’ Ħal Safi, Residenti Beltin, Sliema Residents Association, u Residenti tal-Qrendi, li appoġġjaw il-konferenza stampa li saret il-Ħadd fl-10 a.m.
Dr. Alastair Farrugia, kandidat tal-Momentum għad-Distretti 4 and 5, attenda flimkien mal-membri tal-kumitat Katya Compagno u Natasha Azzopardi, u semgħu x’kellhom jgħidu ir-residenti.
There is hope, you can help!
Join Momentum and build a better Malta. Volunteer, donate, or subscribe today!
