Skip to content Skip to footer

Momentum welcomes Malta Chamber’s courageous stance on irresponsible electoral promises

Momentum welcomes the clear and courageous position taken by the Malta Chamber in its recent statement addressing the conduct of the ongoing electoral campaign.

At a critical moment ahead of the upcoming general election, the Chamber has rightly highlighted the dangers posed by irresponsible and unsustainable promises being made by both major parties, the Labour Party and the Nationalist Party. Such proposals risk undermining Malta’s economic stability and long-term prosperity.

Momentum believes that the Chamber’s intervention reflects what many citizens, businesses, and civil society actors are feeling: that political discourse has increasingly shifted towards short-term populism rather than serious, evidence-based policymaking.

We commend the Malta Chamber for holding both PL and PN to account. In doing so, it has demonstrated the kind of leadership and integrity that is urgently needed in Malta’s public life.

Momentum reiterates that Malta deserves a different kind of politics, one that is responsible, transparent, and focused on sustainable solutions rather than electoral gimmicks.

Momentum General Secretary and Election Candidate in the 3rd and 11th Districts, said “We call on all political actors to heed the Chamber’s warning and to engage in an honest debate about the country’s future, based on facts, fiscal responsibility, and respect for future generations.

Momentum remains committed to offering such an alternative.”

Momentum jilqa’ l-pożizzjoni kuraġġuża tal-Kamra tal-Kummerċ kontra wegħdiet irresponsabbli.

Momentum jilqa’ l-pożizzjoni ċara u kuraġġuża li ħadet il-Kamra tal-Kummerċ fl-istqarrija riċenti tagħha dwar il-mod kif qed issir il-kampanja elettorali.

F’mument kruċjali qabel l-elezzjoni ġenerali li ġejja, il-Kamra ġustament enfasizzat il-perikli ta’ wegħdiet irresponsabbli u mhux sostenibbli li qed isiru miż-żewġ partiti ewlenin, il-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista. Dawn il-proposti jistgħu jheddu l-istabbiltà ekonomika u l-prosperità fit-tul ta’ pajjiżna.

Momentum jemmen li l-intervent tal-Kamra jirrifletti sentiment mifrux fost iċ-ċittadini, in-negozji u s-soċjetà ċivili: li d-diskors politiku qed jitbiegħed minn politika serja u bbażata fuq fatti, u qed jersaq lejn pożizzjonijiet populisti.

Nifirħu lill-Kamra tal-Kummerċ talli żammet kemm lill-PL kif ukoll lill-PN responsabbli. B’dan, wriet il-livell ta’ tmexxija u integrità li hemm bżonn illum fil-ħajja pubblika f’Malta.

Momentum jerġa’ jisħaq li Malta jistħoqqilha politika differenti: politika responsabbli, trasparenti u ffukata fuq soluzzjonijiet sostenibbli, mhux fuq gimmicks elettorali.

Is-segretarju ġenerali ta’ Momentum u kandidat fuq it-3 u l-11-il distrett qal: “Nappellaw lill-politiċi kollha biex jisimgħu dan l-appell u jidħlu f’dibattitu onest dwar il-futur tal-pajjiż, ibbażat fuq fatti, responsabbiltà fiskali u rispett lejn il-ġenerazzjonijiet futuri.

Momentum jibqa’ impenjat li joffri din l-alternattiva.”

There is hope, you can help!

Join Momentum and build a better Malta. Volunteer, donate, or subscribe today!

What's your reaction?
0Smile0Lol0Wow0Love0Sad0Angry