Skip to content Skip to footer

Talba investigazzjoni Robert Abela

Please find annexed, letter to Standards Commissioner.

Ghaziz Kummissarju Azzopardi,

Qieghed gentilment nitolbok tinvestiga l-allegazzjonijiet gravissimi  li hargu recentement  f’affidavit guramentat fil-konfront tal-Prim Ministru Robert Abela. 

Dawna jinkludu li l-Prim Ministru:

  • a. allegatament ikkomunika direttament ma’ Mhallef dwar hwejjeg li jirrigwardaw il-Qrati, meta fil-11 ta’ Frar 2026 baghat ghal Imhallef  biex ikellmu f’Kastilja;
  • b. allegatament kompla jikkomunika ma’ Mhallef permezz ta’ whatsapp;
  • c. allegatament wera li lest jiddiskrimina, a bazi ta’ eta’, kontra persuni rigward promozzjonijiet, meta allegatament iddikjara li kien kontra l-hatra kemm tal-On. Joseph Azzopardi kif ukoll tal-On. Wenzu Mintoff fil-kariga ta’ Prim Imhallef, ghaliex xjuh wisq;
  • d. allegatament wera li, fil-hatra ta’ Prim Imhallef, l-ghan ewlieni tieghu ma kienx il-meritokrazija, izda li hu ma jurtax lid-diehards tal-Partit Laburista;
  • e. allegatament wera li, ghall-interessi mizerabbli u partiggjani tieghu, il- Prim Ministru irid jipposponi l-hatra tal-Prim Imhallef ghal wara l-elezzjoni;

Inoltre, allegatament:

  • 1. Il-Prim Ministru ‘a priori’ qieghed jirrofta nomini proposti mill-oppozizzjoni biex jiehu vantaġġ politiku.
  • 2. Meta kien membru parlamentari u konsulent legali tal-Prim Ministru Joseph Muscat u tal-Kabinett, fl-2019, Robert Abela pprova jinfluwenza impjegat/i tal-qorti in konnessjoni mal-hlasijiet tal-kawza ta’ Papaqli.
  • 3. Fl-istess perjodu, allegatament id- Deputat Parlamentari Robert Abela akkuza lill-Imhallef li kien f’konfoffa mal-President Emeritu Marie Louise Coleiro dwar is-suddetti hlasijiet, marbutin mal-kawza tal-Paqpaqli.
  • 4. Li, meta kien fil-kariga ta’ Prim Ministru, allegatament Robert Abela hedded impjegat/a tal-qorti li kien ser ikeccih/a mix-xoghol. 

Zid ma’ dan kollu l-fatt li allegatament Robert Abela wera li lest jitfa’ lil missieru “under the bus” biex jilhaq l-ghanjiet tieghu.

Meta tara din l-allegata mgieba amorali tal-Prim Ministru, ma tistax ma tinnutax kif Niccolo’ Machiavelli huwa novizz u abbatin, meta kkumparat ma’l-allegata mgiba ta’ Robert Abela.

L-allegazzjonijiet imsemmija huma ta’ natura gravissima u, jekk veri, jixhdu abbuz car ta’ poter min-naha tal-Prim Ministru, animu vendikattiv ghall-ahhar, indhil fx-xoghol tal-gudikatura u disprezz assolut ghall-istituzzjonijiet demokratici ta’ pajjizna.

Nitolbok, ghalhekk, Sur Kummissarju, li tinvestiga b’urgenza dan il-kaz, ghax il-poplu taghna ma jisthoqqlux jibqa’ ma jkollux fatti cari dwar l-imgiba tal-Prim Ministru tieghu li, skont l-allegazzjonijiet, aktar imdorri jagixxi bhala Baruni fewdali medjevali milli-Prim Ministru demokratiku ta’ pajjiz modern Ewropew.

Annessa: d-dikjarazzjoni ġuramentata 

Nirringrazzjak u nselli ghalik,

Arnold Cassola

Momentum 

There is hope, you can help!

Join Momentum and build a better Malta. Volunteer, donate, or subscribe today!

What's your reaction?
0Smile0Lol0Wow0Love0Sad0Angry