28th February, 2025
Parliament acknowledges defects in online petitions system. Promises to remedy the technical faults
Following Momentum’s report to the Ombudsman, the parliament officials have acknowledged that there are technical flaws in the system which can put off citizens from signing parliamentary petitions. Parliament is therefore taking measures to remedy this faulty situation.
Momentum appreciates that rapid action is taken and urges Maltese citizens to sign the petition, which is now nearing the 5000 signatures on:
https://parlament.mt/mt/petition?id=254
Below please find the result of the investigation from the ombudsman’s office.
Sinjuri,
Nirreferi għall-ilment imressaq dwar is-sit elettroniku tal-petizzjonijiet tal-Parlament fejn ilmentajtu li individwi kienu qed jiffaċċjaw problemi persistenti meta kienu qed jipprovaw jiffirmaw petizzjoni fuq is-sit elettroniku tal-Parlament, u li tali problemi kienu qed joħolqu ostaklu sabiex jiġu sottomessi petizzjonijiet b’mod liberu u effiċjenti.
Elaborajtu li diversi persuni kienu lmentaw li ma setgħux jiffirmaw petizzjoni minħabba problemi tekniÄ‹i fis-sistema peress li –
- IrÄ‹evew notifika li d-dettalji provduti minnhom ma kienux korretti, mingħajr indikazzjoni Ä‹ara dwar x’kienet il-problema;Â
- Irċevew notifika li isimhom ma kienx fir-reġistru elettorali, anke jekk huma ċittadini Maltin bi dritt li jivvutaw; u
- IrÄ‹evew messaġġ li d-dettalji provduti ma setgħux jiÄ¡u aċċettati u li kellhom jikkuntattjaw il-Parlament fin-numru 25596214 jew jibgħatu email fl-indirizz –[email protected]. Meta dawn il-persuni Ä‹emplu fuq in-numru pprovdut it-telefonata għaddiet għand xi ħadd ieħor u imbagħad it-telefon baqa’ jdoqq għal għoxrin minuta mingħajr risposta.Â
Għaldaqstant tlabtu l-għajnuna ta’ dan l-Uffiċċju sabiex tiġi stabbilita l-kawża ta’ dawn il-problemi u sussegwentement jittieħdu l-passi neċessarji biex l-istess tiġi rimedjata sabiex ma jkunx hemm ostaklu għall-eżerċizzju tad-dritt fundamentali ta’ parteċipazzjoni ċivika u demokratika. Spjegajtu li din il-problema ilha teżisti u li l-Professur Arnold Cassola kien ressaq ilment lill-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati. Inoltre, osservajtu li kien hemm dubju dwar il-privatezza tas-sistema u l-aċċess għad-database tal-utenti minn terzi u anke dwar il-possibilitaˋ li persuni mhux awtorizzati jkollhom aċċess għad-dettalji personali tal-individwi li jiffirmaw il-petizzjonijiet.
Dan l-Uffiċċju investiga l-lanjanza mressqa u ltaqa’ mal-uffiċjali konċernati li spjegaw li f’xi okkażjonijiet jiġu kkuntatjati minn persuni li kienu qed isibu problema sabiex jiffirmaw petizzjonijiet fuq il-Website tal-Parlament u li dawn l-ilmenti jiġu investigati u l-individwi jiġu nfurmati dwar in-natura tal-problema u kif tista’ tiġi riżolta. Assiguraw lil dan l-Uffiċċju li dawk li jsibu diffikultà u jitolbu l-għajnuna mill-uffiċjali tal-Parlament jiġu mgħejuna sabiex ikunu jistgħu jiffirmaw il-petizzjoni b’suċċess. Dwar l-allegazzjoni li Dr Cassola kien diġaˋ ilmenta dwar diffikultajiet li kien hemm fil-Petitions Website, intqal li tali kommunikazzjoni ma kienitx instabet.
Ä ie sottomess li l-fatt li l-Petizzjoni mibdija minn Dr Arnold Cassalo, ossija l-Petizzjoni numru 56 – Do not amend the Law on access of citizens to Magisterial Inquries, li hija appoġġjata mill-istess Dr Cassolla u Momentum, wassal għal numru relattivament ikbar ta’ persuni li ttentaw jiffirmaw il-petizzjoni online, u konsegwentement għal numru akbar ta’ attentati li ma rnexxewx. Dan magħdud, il-fatt li aktar minn erba’ t’elef persuna kienet iffirmat din il-petizzjoni b’suċċess kien jikkonferma li l-Website tal-Parlament kienet qed tiffunzjona. Dan l-Uffiċċju Ä¡ie inoltre infurmat li numru konsiderevoli ta’ notifikazzjonijiet kienu rriżultaw peress li mijiet ta’ persuni kienu ippruvaw jiffirmaw il-Petizzjoni aktar minn darba (is-sistema fil-fatt ma tippermettix li l-istess individwu jiffirma petizzjoni aktar minn darba). Wara din il-laqgħa, l-Uffiċċju Ä¡ie infurmat li ttieħdet konjizzjoni tal-lanjanzi mressqa fl-ilment u diÄ¡aË‹ bdiet tittieħed azzjoni sabiex jiÄ¡u identifikati d-diffikultajiet li huma riżultat ta’ problemi tekniÄ‹i sabiex tinstab soluzzjoni teknika, u s-sistema stess tkun tista’ tagħti informazzjoni għaliex il-persuna ma tkunx qed jirnexxielha tiffirma l-petizzjoni. Inoltre, ittieħdet azzjoni sabiex min iÄ‹empel fuq in-numru indikat ikollha risposta f’ħin qasir. Ä ie inoltre spjegat li qed jiÄ¡i ikkunsidrat x’titjib jista’ jsir sabiex il-Petitions Website tkun aktar user-friendly.
Dan l-Uffiċċju jinnota li fir-rigward tar-rapporti magħmula li xi persuni ma kellhomx isimhom fir-Reġistru Pubbliku anke jekk huma ċittadini Maltin bi dritt li jivvutaw, ikun utli li dawn l-individwi jikkuntatjaw l-Uffiċċju Elettorali li huwa l-entitaˋ responsabbli mir-Reġistru Elettorali.
Dwar l-kwistjoni tal-privatezza tas-sistema u l-aċċess għad-database tal-utenti, ġie kkjarifikat li mhux possibbli li l-impjegati tal-Parlamenti jew terzi jidentifikaw il-firmatarji tal-petizzjonijiet peress li s-sistema tirrikjedi awtentikazzjoni. Dan magħdud, dan l-Uffiċċju jissuġġerixxi li kwistjonijiet dwar protezzjoni tad-data jiġu riferuti lill-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data li skont il-Kap 586 huwa responsabbli biex iwettaq monitoraġġ u infurzar fuq l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Att u tar-Regolament relevanti, sabiex jipproteġi d-drittijiet u libertajiet fundamentali ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali.
Fid-dawl ta’ dak spjegat, dan l-Uffiċċju huwa tal-fehma li qed jittieħdu l-passi neċessarji sabiex jiġu rimedjati l-problemi li ressaqtu ma’ dan l-Uffiċċju, u li għalhekk f’dan l-istadju, ma jidhirx li hemm raġunijiet li jirrikjedu investigazzjoni ulterjuri min-naħa tal-Ombudsman.
Insellmilkom
Dr Monica Borg Galea
Head of Investigations
Office of the Parliamentary Ombudsman