Momentum renews call for answers on Ta’ Qali gravel works following government silence

More than 20 days have passed since Momentum formally submitted a Freedom of Information request to the Ministry for Transport, Public Works, concerning the covering of a large Family Park area in Ta’ Qali National Park with gravel.
To date, the government has provided no reply, no documents, and no explanation.
Momentum General Secretary Mark Camilleri Gambin said: “This silence is unacceptable. The public deserves to know who authorised the decision to cover a Malta top family park with gravel, what studies supported the decision, where the material came from, how much it cost and who made the decision. Transparency is not optional, it is a basic obligation under the Freedom of Information Act.”
“We are not asking for anything extraordinary, only for facts. It is now clear that the authorities would rather keep citizens in the dark than provide a straightforward explanation for a decision that visibly altered a public green space.”
“The government’s refusal to respond only strengthens public suspicion that there was no proper environmental reasoning or procurement transparency behind this project,” Camilleri Gambin said.
Momentum will continue to pursue this matter and calls on the Public Works Authority to immediately release the requested information in the public interest.
L-Ebda Tweġiba GĦall-FOI Dwar Iż-żrar u ramel f’Ta’ Qali
Għaddew aktar minn 20 jum minn meta Momentum issottometta formalment talba għal-Libertà tal-Informazzjoni (FOI) lill-Ministeru għat-Trasport, Xogħlijiet Pubbliċi, dwar il-kisi biż-żrar taż-żona ħadra fil-Park Nazzjonali ta’ Ta’ Qali ddedikata lill-familji..
Sal-lum, il-gvern ma pprovda l-ebda tweġiba, l-ebda dokumenti, u l-ebda spjegazzjoni.
Is-Segretarju Ġenerali ta’ Momentum, Mark Camilleri Gambin, qal: “Dan is-silenzju mhux aċċettabbli. Il-pubbliku jistħoqqlu jkun jaf min awtorizza d-deċiżjoni li park tal-familja ewlieni ta’ Malta jiġi miksi biż-żrar, liema studji appoġġjaw id-deċiżjoni, minn fejn ġie l-materjal, kemm sewa u min ħa d-deċiżjoni. It-trasparenza mhijiex għazla, hija obbligu bażiku skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni.”
“Mhux qed nitolbu għal xi ħaġa straordinarja, imma għal fatti. Issa huwa ċar li l-awtoritajiet jippreferu jżommu liċ-ċittadini fid-dlam milli jipprovdu spjegazzjoni sempliċi għal deċiżjoni li biddlet b’mod viżibbli spazju aħdar pubbliku.”
“In-nuqqas tal-gvern li jwieġeb isaħħaħ biss is-suspett pubbliku li ma kien hemm l-ebda raġuni ambjentali xierqa jew trasparenza f’dan il-proġett,” qal Camilleri Gambin.
Momentum se jkompli jsegwi din il-kwistjoni u jappella lill-Awtorità tax-Xogħlijiet Pubbliċi biex tirrilaxxa immedjatament l-informazzjoni mitluba fl-interess pubbliku.
There is hope, you can help!
Join Momentum and build a better Malta. Volunteer, donate, or subscribe today!