Momentum issostni: għandna nirrispettaw l-integrita’ taż-żewġ stati tal-Palestina u l-Iżrael
Dak li qed jipproponi Trump huwa “forced displacement” ta’ poplu. Dan imur kontra kull liġi internazzjonali u huwa krimini kontra l-umanita’.
Ian Borg għandu jkun ċar li l-proposta ta’ Donald Trump għal Gaza hija inaċċettabbli u inammissibbli.
Il-President Amerikan irid jifhem li Malta temmen li “might is not right”.
Għalhekk, il-pajjiżi kolla jridu jirrispettaw l-liġi internazzjonali u r-riżoluzzjonijiet tal-UN li jitolbu żewġ stati u żewġ popli li jgħixu qrib xulxin f’paci u skont il-konfini ta’ qabel 1967.
Mark Camilleri Gambin
General Secretary, Momentum