Skip to content Skip to sidebar Skip to footer

Lment dwar ksur ta’ etika mill-Ministru Chris Bonett

Għażiż Kummissarju Azzopardi,

Il- Ministeru tat-Trasport avża li ser ikun hemm 400 rotta ġdida tat-Trasport pubbliku.

Indubbjament, inizjattiva pożittiva u importanti biex tinkoraġġixxi lis-sewwieqa jħallu l-karozza privata d-dar.

Madankollu, anki f’inizjattiva pożittiva bħal din, il-membri tal-gvern iridu jibqgħu jasserixxu l-arroganza tagħhom.

Infatti, il-Ministeru tat-Trasport nieda video ta’ reklam, biex jippubbliċizza dan il-fatt.

Sponsors oħrajn tal-video huma Transport Malta u Malta Public Transport.

Sal-mument li qed nikteb, dan il-video la qieghed fuq is-sit tal-Ministeru, la s-sit ta’ Transport Malta u lanqas fuq is-sit tal-Malta Public Transport.

Imma, minflok ma l-video ġie mxandar fuq is-sit ta-Ministeru tat -Trasport, skont ir-regoli stabbiliti mill-Kummissarju Hyzler u ribaditi ripetutament minnek, dan il -video ġie mxandar direttament fuq il-facebook tal-Ministru Chris Bonett.

Apparti l-ksur tar-regoli, dana ma huwa xejn ħlief att ta’ sfida tas-suddett Ministru lejn l-awtorita’ tal-Kummissarju tal-istandards. 

Nitolbok ghalhekk tinvestiga dan il-ksur ta’ etika.

Il-video in kwistjoni huwa dan:

https://www.facebook.com/chrisbonettmt/videos/653994237556574

Inselli għalik,

Arnold Cassola

Chairperson Momentum

What's your reaction?
0Smile0Lol0Wow0Love0Sad0Angry