University of Malta asked to investigate Prof. Vincent Marmara’s behaviour
Prof. Arnold Cassola, academic and Leader of Momentum, has written to the University Rector, Prof. Frank Bezzina, to initiate an investigation into the behaviour of Prof. Vincent Marmara in connection with an opinion poll related to the Yorgen Fenech trial.
The following is the text of the request:
Lir-Rettur, Prof. Frank Bezzina
Universita’ ta’ Malta
Għażiż Rettur,
Qiegħed niktiblek biex nitlob lill-Universita’ tiftaħ investigazzjoni immedjata fil-konfront tal-Prof. Vincent Marmara’.
Il-Prof. Marmara’, b’disprezz għal kull kejl etiku, għamel stħarriġ tal-opinjoni fejn huwa inganna lill-interlokuturi tiegħu li kien qiegħed iċemplilhom.
Il-fatti:
Fix-xahar ta’ Ġunju 2026, l-uffiċċju ta’ Marmara kien qed iċempel lin-nies u jgħidilhom li t-telefonata kienet ġejja minn Malta Surveys, u n-numru kien 20957705.
Dina kienet gidba faħxija.
Fil-fatt, Malta Surveys ma għandha x’taqsam xejn ma’ Vincent Marmara’, u hija minflok il-proprjeta’ ta’ Dr Silvio Debono, pollster ieħor.
Dr Silvio Debono xehed quddiem l-Imħallef Inkwirenti li Malta Surveys ma tagħmilx dan it-tip ta’ survey, tagħmel biss surveys online u qatt ma kellhom x’jaqsmu ma’ dan is-survey li kien qed jagħmel Marmara’ taħt isem fittizju.
Bħala Senior Fellow fl-Universita’ ta’ Malta, awtur ta’ aktar minn erbgħin ktieb, u fawtur sakrosant tal-ħsieb ħieles u tar-riċerka akkademika onesta, nemmen li mhux biss l-imġiba tal-Prof. Marmara’ marret lilhinn minn kull sens etiku meta daħħlet f’gażiba intortament lil Dr Silvio Debono, imma żebilħet ukoll ir-reputazzjoni tal-Alma Mater tagħna, li żgur ma għandhiex bżonn ta’ din l-imġiba ripunjanti min-naħa ta’ membru tal-korp akkademiku tagħha.
Nittama li tittieġħed azzjoni immedjata u nselli għalik.
There is hope, you can help!
Join Momentum and build a better Malta. Volunteer, donate, or subscribe today!
