Momentum launches billboard campaign on two major thoroughfares
Partit Momentum has today unveiled a new phase of its electoral campaign with the launch of prominent billboards on two major thoroughfares, the St. Paul’s Bay bypass and just out of the St. Julian’s regional road tunnel..
These billboards mark a significant step in Momentum’s growing nationwide campaign, bringing the party’s message closer to people in their daily lives.
The campaign centres on Momentum’s vision for a fairer, cleaner, and more accountable Malta, highlighting the need for real change that improves quality of life, protects the environment, and restores trust in politics.
Momentum Executive member, Natasha Azzopardi, said that the choice of these high-visibility routes reflects the party’s commitment to engaging directly with the public and addressing the challenges faced by communities across Malta, including overdevelopment, congestion, and the erosion of public spaces.
“Through this campaign, we are reaching out to people in their everyday routines: workers, families, and individuals who want a better quality of life and a government that truly listens.”
Momentum emphasised that this billboard rollout is just the beginning of a broader campaign that will continue to expand in the coming weeks, with further initiatives aimed at mobilising voters and presenting practical, people-centred solutions.
The party reiterated its call for voters to support a new kind of politics, one built on integrity, transparency, and long-term vision.
Momentum iniedi kampanja ta’ billboards fuq żewġ toroq arterjali ewlenin
Partit Momentum illum nieda fażi ġdida tal-kampanja elettorali tiegħu bit-tnedija ta’ billboards prominenti fuq żewġ toroq arterjali ewlenin, il-bypass ta’ San Pawl.u kif tohrog mill-mina ta’ Ġiljan, fuq it-Triq Reġjonali.
Dawn il-billboards jimmarkaw pass importanti fil-kampanja nazzjonali dejjem tikber ta’ Momentum, billi jwasslu l-messaġġ tal-partit eqreb lejn in-nies fil-ħajja ta’ kuljum tagħhom.
Il-kampanja tiffoka fuq il-viżjoni ta’ Momentum għal Malta aktar ġusta, nadifa u responsabbli, u tenfasizza l-bżonn ta’ bidla vera li ttejjeb il-kwalità tal-ħajja, tipproteġi l-ambjent u terġa’ tibni l-fiduċja fil-politika.
Kelliem għal Momentum qal li l-għażla ta’ dawn ir-rotot b’viżibilità għolja tirrifletti l-impenn tal-partit li jilħaq direttament lill-pubbliku u jindirizza l-isfidi li qed jiffaċċjaw il-komunitajiet madwar Malta, inkluż żvilupp żejjed, konġestjoni u t-telf ta’ spazji pubbliċi.
“Permezz ta’ din il-kampanja qed nilħqu lin-nies fir-rutina ta’ kuljum tagħhom: ħaddiema, familji u individwi li jridu kwalità ta’ ħajja aħjar u gvern li tassew jisma’.”
Momentum enfasizza li din il-fażi tal-billboards hija biss il-bidu ta’ kampanja usa’ li se tkompli tespandi fil-ġimgħat li ġejjin, b’inizjattivi oħra mmirati biex jinġabru aktar votanti u jiġu ppreżentati soluzzjonijiet prattiċi u ffukati fuq in-nies.
Il-partit reġa’ appella lill-votanti biex jappoġġjaw tip ġdid ta’ politika, ibbażata fuq integrità, trasparenza u viżjoni fit-tul.


There is hope, you can help!
Join Momentum and build a better Malta. Volunteer, donate, or subscribe today!
