Momentum writes to Prime Minister, Leader of Opposition and Valletta F.C. president on football ground in Marsa for Valletta F.C.
Momentum leader, Arnold Cassola, writes to Prime Minister, Leader of Opposition and Valletta F.C. president to outline the great advantages of a football ground in Marsa for Valletta F.C. in the disused former Power Station site.
Please find attached the letter sent.
———- Forwarded message ———
From: Arnold Cassola
Date: Sun, 26 Apr 2026, 07:18
Subject: Ittra ta’ Momentum dwar ground tal- futbol għal Valletta F.C. fil-Marsa
To: Abela Robert at OPM <[email protected]>, <[email protected]>, Claudio Grech
Lill-On Prim Ministru, Robert Abela
Lill-On. Kap tal-Oppozizzjoni, Alex Borg
Lill-President, Valletta F.C., Claudio Grech
Għeżież Sinjuri,
Il-kwistjoni li nqalgħet dwar l-għoti ta’ art pubblika verġni għal użu sportiv fi Pembroke tista’ tinbidel f’sitwazzjoni win-win, jekk jittieħdu in konsiderazzjoni kemm il-ħtiġijiet ta’ Valletta F C kif ukoll tar-residenti ta’ Pembroke.
Ma hemmx dubju li l-klabb tal-Belt kapitali jinħtieġlu ground ta’ livell għoli. Fl-istess ħin, lir-residenti ta’ Pembroke u l-madwar, ġa kkalzrati bl-inkonvenjenti ta’ progetti bħal tad-DB, Villa Rosa, l-akkwati tal-Bajja ta’ San Ġorġ, l-Ambaxxata Ċiniża, biex ma nsemmgħux ukoll 12-il skola, 4 klabbs tal-futbol ga eżistenti, ma nistgħux inċaħħduhom mill-medda ta’ art verġni li qed tiġi ssagrifikata għall-proġett Belti.
Fortunatament, hemm soluzzjoni perfetta li tħalli lil kulħadd kuntent: l-ex power station tal-Marsa li tissodisfa r-rekwiziti kollha ta’ klabb tal-livell ta’ Valletta F.C.
Il-vantaġġi huma enormi: art diġà mittiefsa fil-Marsa, viċinanza bejn Marsa u Valletta, li jfisser l-ebda bżonn li plejers u supporters tal-Belt jużaw il-karozza privata tagħhom għal dan it-tragitt qasir, rigenerazzjoni taż-żona tal-Marsa bi ground fuq l-isfond tal-gawhra tal-port il-Kbir, fuq il-mudell tal-ground tal-Como, li jħares fuq il-Lago di Como.
Mill-banda l-oħra, l-ebda żieda tal-fluss tat-traffiku ga diżastruz fl-akkwati ta’ Pembroke, spazju aħdar u miftuħ b’arja pura li jista’ jitgawda mir-residenti u mit-tfal ta’ Pembroke, l-ebda storbju u briju kull weekend f’żona residenzjali.
Sitwazzjoni win-win għal kulħadd.
Nitlobkom għalhekk taslu flimkien għad-deċiżjoni sensata u matura li l- Valletta F.C. jingħataw konċessjoni li jużaw l-art pubblika tal-Marsa biex b’hekk, waqt li nżommu kuntenti li kull min hu involut, nagħtu wkoll dehra ġdida lil din iż-żona li bħalissa tinsab abbandunata, traskurata u fi stat tal-biki.
Nirringrazzjkom tal-attenzjoni u nsellmilkom.
Arnold Cassola
Momentum
There is hope, you can help!
Join Momentum and build a better Malta. Volunteer, donate, or subscribe today!
