FOI for details on the gravel direct order
You can find here beneath copy of the request filed with the Ministry of Transport on Friday 19th December. This follows a request to the Ministry of Finance which was filed on the 12th of December.
Both of these FOis are follow-ups from the original request which revealed that Eur 311,000 were spent to procure the gravel through a direct order.
———- Forwarded message ———
From: Arnold Cassola
Date: Fri, 19 Dec 2025, 08:26
Subject: FOI zrar Ta’ Qali – Arnold Cassola
To: <[email protected]>
Għażiż Sinjur/Sinjura,
Nagħmel referenza għat-tweġiba tagħkom għat-talba tal-FOI preċedenti tiegħi (Ref No: 250163).
Nirringrazzjakom tal-informazzjoni li pprovdejtu u tal-kooperazzjoni tagħkom. L-informazzjoni pprovduta qajmet numru ta’ mistoqsijiet ġodda li jeħtieġu kjarifika.
Għaldaqstant, skont id-dispożizzjoni tal-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni (Kap 496 tal-Liġijiet ta’ Malta), qed nitlob aċċess għal dokumenti u informazzjoni addizzjonali miżmuma mill-Ministeru tat-Trasport, Infrastruttura u Xogħolijiet Pubbliċi relatati mal-manutenzjoni ta’ Ta’ Qali.
Speċifikament, qed nitlob dan li ġej:
- L-identità tal-kumitat tat-tmexxija tal-park (park management committee) li approva d-direct order inkwistjoni (dwar iż-żrar li sewa Eur 311,141.80)
- Il-minuti tal-laqgħa fejn il-kumitat approva din id-direct order, jew kwalunkwe dokumentazzjoni oħra relatata mal-approvazzjoni jew l-awtorizzazzjoni ta’ din id-direct order.
- Informazzjoni li tidentifika kwalunkwe xogħlijiet oħra li l-kumpanija Bonnici Brothers qed taħdem fuqhom fil-viċinanzi tal-park.
- Kopji ta’ konsultazzjonijiet li saru ma’ entitajiet u konsulenti rigward in-neċessità tat-tqegħid taż-żrar.
Fejn din l-informazzjoni ma teżistix, għax l-istudji jew laqgħat ma jkunux saru, nixtieq nota uffiċjali li dawn ma jeżistux.
Jekk xi parti minn din l-informazzjoni qed tinżamm minn awtorità jew dipartiment ieħor, nitlob li l-applikazzjoni tiġi trasferita lill-awtorità kompetenti kif stipulat fl-Artikolu 8 ta’ dan l-Att.
Skont l-Att tal-FOI, qed nitlob konferma ta’ din it-talba, u tweġiba fiż-żmien stipulat mil-liġi.
Nitlob li ningħata din l-informazzjoni f’forma elettronika.
Dejjem Tiegħek
Arnold Cassola
There is hope, you can help!
Join Momentum and build a better Malta. Volunteer, donate, or subscribe today!
