Skip to content Skip to footer

Momentum supports national protest ‘Ġustizzja għal Artna: Irtirawhom Issa!’

Momentum expresses its full support for the national protest Ġustizzja għal Artna: Irtirawhom Issa!, being held this Saturday, 4 October, at 10:00 am. The protest will gather in front of the Law Courts, Valletta, and march to Castille to demand the immediate withdrawal of government proposals that threaten Malta’s already fragile environment and the quality of life of its people.

Momentum Leader Arnold Cassola said: “These so-called ‘planning reforms’ are nothing short of a complete surrender of our country to the greed of a few powerful developers. They would strip citizens of their right to object, appeal, and defend what is left of our natural and cultural heritage.

“Malta deserves a planning system that protects the common good, not one that rewards illegality and speculation. The time to act is now, before our island becomes unrecognisable.”

Momentum joins environmental NGOs, civic groups, and communities across Malta and Gozo in urging people from all walks of life to attend the protest and make their voices heard.

“This is not a protest for one group or party, it’s a stand for justice, fairness, and the right of future generations to live in a livable Malta,” Cassola added.

The protest, organised under the banner Ġustizzja għal Artna, calls for:

  • the immediate withdrawal of the two draft planning bills and three legal notices;
  • the suspension of works on developments under appeal; and
  • the launch of a genuine consultation through a White Paper on real planning reform.

Momentum reiterates its commitment to environmental justice, transparency, and genuine public participation in decision-making.

Momentum jappoġġja l-protesta nazzjonali ‘Ġustizzja għal Artna: Irtirawhom Issa!’

Momentum jesprimi l-appoġġ sħiħ tiegħu għall-protesta nazzjonali Ġustizzja għal Artna: Irtirawhom Issa!, li se ssir nhar is-Sibt li ġej, 4 ta’ Ottubru, fl-10:00am. In-nies ser jinġabru quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, il-Belt Valletta, u jimxu lejn Kastilja biex jitolbu l-irtirar immedjat tal-proposti tal-gvern li jheddu l-ambjent diġà fraġli ta’ Malta u l-kwalità tal-ħajja tan-nies tagħha.

Il-Mexxej ta’ Momentum, Arnold Cassola, qal: “Dawn l-hekk imsejħa ‘riformi tal-ippjanar’ mhumiex ħlief ċediment sħiħ ta’ pajjiżna għar-regħba ta’ ftit żviluppaturi b’saħħithom. Dawn ineħħu liċ-ċittadini d-dritt tagħhom li joġġezzjonaw, jappellaw, u jiddefendu dak li fadal mill-wirt naturali u kulturali tagħna.

“Malta jistħoqqilha sistema ta’ ppjanar li tipproteġi l-ġid komuni, mhux waħda li tippremja l-illegalità u l-ispekulazzjoni. Il-waqt li naġixxu huwa issa qabel ma l-gżira tagħna ssir irrikonoxxibbli.”

Momentum tingħaqad ma’ NGOs ambjentali, gruppi ċiviċi, u komunitajiet madwar Malta u Għawdex biex tħeġġeġ lin-nies minn kull qasam tal-ħajja biex jattendu l-protesta u jsemmgħu leħinhom.

“Din mhijiex protesta ta’ grupp jew partit wieħed, hija pożizzjoni għall-ġustizzja, l-ekwità, u d-dritt tal-ġenerazzjonijiet futuri li jgħixu f’Malta sabiħa u vivibbli,” żied jgħid Cassola.

Il-protesta, organizzata taħt il-bandiera Ġustizzja għal Artna, titlob għal:

  • l-irtirar immedjat taż-żewġ abbozzi ta’ liġijiet dwar l-ippjanar u tliet avviżi legali;
  • is-sospensjoni tax-xogħlijiet fuq żviluppi li qed jiġu appellati; u
  • it-tnedija ta’ konsultazzjoni ġenwina permezz ta’ White Paper dwar riforma serja fl-ippjanar.

Momentum itenni l-impenn tiegħu għall-ġustizzja ambjentali, it-trasparenza, u l-parteċipazzjoni pubblika ġenwina fit-teħid tad-deċiżjonijiet.

There is hope, you can help!

Join Momentum and build a better Malta. Volunteer, donate, or subscribe today!

What's your reaction?
0Smile0Lol0Wow0Love0Sad0Angry