Skip to content Skip to footer

Momentum calls for reflection on the meaning of independence on Malta’s 61st anniversary.

Independence was achieved in 1964 through the courage and determination of the Maltese people. It was more than the raising of a flag. It was the assertion that Malta could govern itself with fairness, dignity, and integrity.

Recent developments, including the findings of the National Audit Office on the Fortina case, other proven cases of serious sleaze and ongoing allegations of corruption, raise a difficult question. Dr Matthew Agius, executive member of Momentum asks, “Are we truly independent if public institutions are weakened by secrecy, conflicts of interest, and decisions that benefit the few rather than the common good?”

“Real independence cannot be measured only in sovereignty. It must be seen in the way public resources are managed responsibly. It must be seen in the protection of land, sea, and heritage. It must be seen in governments that serve citizens transparently, not in arrangements that erode trust.”

Momentum calls on citizens, civil society, and institutions to use this Independence Day not only to celebrate our history but also to renew our demand for accountability. Malta deserves institutions that are strong, transparent, and committed to safeguarding the future of the country for all.

Momentum isejjaħ għal riflessjoni dwar it-tifsira tal-indipendenza fil-61 anniversarju ta’ Malta.

L-indipendenza nkisbet fl-1964 permezz tal-kuraġġ u d-determinazzjoni tal-poplu Malti. L-indipendenza ma tfissirx biss li ttella’ bandiera. Kienet l-asserzjoni li Malta setgħet tiggverna lilha nnifisha b’ġustizzja, dinjità, u integrità.

Żviluppi reċenti, inklużi s-sejbiet tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Awditjar dwar il-każ Fortina, każijiet oħra ppruvati ta’ imgiba hazina u allegazzjonijiet kontinwi ta’ korruzzjoni, iqajmu mistoqsijiet diffiċli. Dr. Matthew Agius, membru eżekuttiv ta’ Momentum jistaqsi, “Aħna tassew indipendenti jekk l-istituzzjonijiet pubbliċi huma mdgħajfa mis-segretezza, kunflitti ta’ interess, u deċiżjonijiet li jibbenefikaw lill-ftit aktar milli l-ġid komuni?”

“L-indipendenza vera ma tistax titkejjel biss fis-sovranità. Trid tidher fil-mod kif ir-riżorsi pubbliċi huma użati b’mod responsabbli. Trid tidħaddan rispett u protezzjoni tal-art, il-baħar, l-wirt kulturali u storiku taghna. Trid tidher fi gvernijiet li jservu liċ-ċittadini b’mod trasparenti, mhux f’arranġamenti li jnaqqsu l-fiduċja.”

Momentum isejjaħ liċ-ċittadini, lis-soċjetà ċivili, u lill-istituzzjonijiet biex jużaw dan il-Jum tal-Indipendenza mhux biss biex jiċċelebraw l-istorja tagħna iżda wkoll biex iġeddu t-talba tagħna għar-responsabbiltà. Malta jistħoqqilha istituzzjonijiet li huma b’saħħithom, trasparenti, u impenjati li jissalvagwardjaw il-futur tal-pajjiż għal kulħadd.

There is hope, you can help!

Join Momentum and build a better Malta. Volunteer, donate, or subscribe today!

What's your reaction?
0Smile0Lol0Wow0Love0Sad0Angry